Feeds:
Posts
Comments

Bħala parti mill-litterless campaign, uħud mill-membri tal-kunsill tal-istudenti, flimkien ma xi membri mill-kumitat tal-EkoSkola, ħadu sehem fi clean-up tal-loqom tas-sigaretti fil-lokalita’ ta’ Ħal-luqa. Dan sar bil-għan li jitnaddfu ċerti postijiet fejn ikun hemm ammont konsiderevoli ta’ loqom u anke biex jiġu individwati dawk l-inħawi fejn ikun hemm aktar konċentrazzjoni ta’ loqom tas-sigaretti.

Il-pjan hu li fil-ġimgħat li ġejjin jiġu installati ashtrays biex il-loqom tas-sigaretti ma jispiċċawx ma’ l-art jew fil-ħamrija. Dan ser isir b’kollaborazzjoni ma’ Nature Trust – Young reporters for the environment li tawna somma flus biex inkunu ninvestu fl-ambjent tagħna u l-kunsill lokali ta’ Ħal-Luqa.

Fil-ġimgħat li għaddew l-għalliema tal-P.S.C.D ħejjew sensiela ta’ lezzjonijiet fejn l-istudenti tgħallmu dwar il-proċess tal-elezzjonijiet biex tkun tista’ titħaddan id-demokrazija. Wara t-tfal ingħataw l-opportunita’ biex jikkontestaw l-elezzjonijiet biex ikollna żewġ membri ġodda għall-kunsill tal-istudenti. It-tfal ikkontestaw bi ħġarhom u fis-7 ta’ Frar saru l-elezzjonijiet.

Bi pjaċir inħabbru li l-istudenti li ġew eletti huma:

Kaya Caruana – 3.1

Alexa Sammut – 3.2

20200217_102428

Prosit tassew!

FIl-ġimgħat li għaddew il-kunsill tal-istudenti kienu impenjati jiġbru l-opinjonijiet tat-tfal dwar jekk jixtiequx jilbsu l-uniformi jew it-traksuit tal-PE biex jiġu l-iskola. Dan sar bi preparament għal-laqgħa li kellhom, fejn wasslu x-xewqat ta’ sħabhom u esprimew l-opinjoni tagħħom ukoll.

Intant, ħarġu bl-idea li ssir Dress Down day u li bil-flus li jinġabru tingħata donazzjoni lil min hu fil-bżonn. Il-proposta ntlaqgħet mis-sur Cassar u l-entita’ li ntgħażlet għal dan il-għan hija l-YMCA. Prosit tassew!

Kollox jinsab lest biex nhar il-Ħamis, 24 ta’ Frar, isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsill tal-istudenti. Fil-ġimgħat li għaddew, waqt il-lezzjonijiet tal-P.S.C.D, it-tfal tgħallmu dwar il-proċess tal-elezzjonijiet u l-aspett demokratiku. Wara ġew imħeġġa biex jinnominaw lil xi ħadd biex jikkuntesta l-elezzjoni u kif għalaq iż-żmien, ġew ipproċessati in-nominazzjonijiet kollha. Il-pass li kien imiss kien li ssir il-propaganda u hawnhekk ħarġet il-kreattivita’ tat-tfal. Ħafna mit-tfal għamlu xi charts u ġew imħeġġa jagħmlu preżentazzjonijiet qosra quddiem sħabhom biex jikkonvinċuhom biex jivvutawlhom.

Issa l-aktar parti mportanti se ssir nhar il-Ħamis, meta t-tfal mit-tielet sas-sitt sena, se jintalbu jivvutaw għall-kandidat favorit tagħħom. Nistennew bil-ħerqa biex naraw min se jkunu dawk l-istudenti li se jiġu eletti.

Illum 24 ta’ Mejju, ltaqa’ l-Kunsill tal-Istudenti għall-aħħar darba. Dan il-kunsill ilu jservi għal sentejn, għalhekk is-sena d-diehla jerġgħu isiru l-elezzjonijiet biex jinħatar kunsill ġdid. Matul din il-laqgħa saret evalwazzjoni tax-xogħol li sar minnhom tul din is-sena skolastika u baqgħu sal-aħħar joħorgu bi proposti ta’ x’jista’ jsir is-sena d-dieħla. Sa dalgħodu stess il-PRO Maria Borg għamlet preżentazzjoni qasira waqt l-assembly fejm tkellmek dwar dak li ġara l-bierah waqt il-board games activity. Fl-aħħar ingħataw rigal żgħir bħala apprezzament.

F’isem l-SMT, l-għalliema, l-LSEs, il-KGEs u t-tfal kollha nixtiequ nirringrazzjawhom tas-sehem li kellhom f’dan il-Kunsill u nixtiequlhom ħafna affarijiet sbieh. Nirringrazzjaw ukoll lil Ms Rosanna Miceli Donnelly tax-xogħol kbir li tagħmel mal-Kunsill tal-istudenti.

20180524_123152

Illum saret il-Board Game Activity li kienet miftuħa għat-tfal mit-tielet sena l-fuq. It-tfal attendew bi ħġarhom u ħadu gost ferm. Kien hemm varjeta’ ta’ board games, minn snakes and ladders sal-UNO. Nirringrazzjaw lil Ms Rosanna Miceli Donnelly u lil Mr Steven Schembri talli għenu biex din l-attivita’ tkun ta’ success.

Waqt l-aħħar laqgħa li kellu l-kumitat, ġie deċiż li nagħmlu attivita’ għat-tfal waqt is-sessjonijiet tal-clubs. Iddeċidejna li nagħmlu ‘Board Games Activity’ u biex inħajru t-tfal, għamilna preżentazzjoni qasira waqt l-Assembly u waħħalna wkoll kartonċina man-notice board fejn tajnihom l-opportunita’ li jiktbu isimhom biex jilħqu post żgur.

Ir-rispons kien fenomenali, għaliex f’temp ta’ ftit ġranet intliet il-lista kollha. Ninsabu ferm eċitati biex nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Mejju, intellgħu din l-attivita’. Narawkom hemm!

L-iskola organizzat attività għat-tfal tal-Years 4, 5 u 6 bil-kolloborazzjoni sħiħa tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Ilqajna fostna tliet Ambaxxaturi tal-Qari li kienu l-footballers Maltin Gilbert Agius u Saviour Darmanin flimkien mal-ex footballer Ingliż u issa kittieb tal-istejjer tat-tfal, Tom Palmer.

Aħna konna minn tal-ewwel li rajnihom u lqajnihom fl-iskola tagħna. Introduċejna ruħna u kellimnihom ftit dwar ix-xogħol li jagħmel il-kunsill tal-istudenti.  Wara wassalnihom fil-klassijiet fejn saru s-sessjonijiet tal-qari. Kemm ħadna pjacir b’dawn is-sessjonijiet tal-qari u nittamaw li ma ndumux wisq ma jkollna xi attivita’ oħra bħal din.

Illum 26 ta’ Marzu, il-membri tal-Kunsill tal-istudenti marru jqattgħu ftit ħin mal-anzjani li jkunu fid-Day Care Centre ta’ Ħal-Luqa. Il-preparamenti bdew minn qabel u kull membru fassal kartolina tal-Għid.

20180326_094104

Kif wasalna, kantajnilhom id-diska, ‘Hello to All the Chidlren of the World’ u tgħidx kemm ħadu gost biha. Fil-fatt qabel ma tlaqna xtaquna nerġgħu inkantawilhom.

20180326_103922

Wara kull wieħed u waħda minnha poġġa fejn anzjan/a u lagħab bil-board game miegħu/magħha. Kiem hemm min lagħab Uno, Monopoly, memory games u ħafna oħrajn.

Tgħidx kemm ħadna gost nilagħbu flimkien u nissilna tbissima fuq fomm l-anzjani. Tant ħadu gost  bina li lanqas xtaquna nitilqu. Min-naħa tagħna, wegħednihom li ma jdumux ma jerġgħu jarawna.

Fl-aħħar laqgħa li kellna, tkellimna dwar modi differenti ta’ kif nistgħu nagħmlu att ta’ karita’ man-nies ta’ madwarna fi’ żmien ir-Randan. Wieħed mill-membri ħareġ bl-idea li mmorru nżuru l-anzjani li jkunu qegħdin jgħixu f’xi ‘home’ u b’hekk inferrħuhom ftit. Ftit pass l-bogħod mill-iskola tagħna, hemm id-Day Care Centre ta’ Ħal-Luqa, fejn numru ta’ anzjani jinġabru hemm kull filgħodu biex jagħmlu xi attivitajiet flimkien.

20180219_122814

B’hekk iddeċidejna li mmorru proprju hemm. Ħsibna x’nistgħu nagħmlu u kien hemm min semma xi kant, xi crafts, xi board games, xi diskussjonijiet dwar il-logħob tradizzjonali eċċ. Bi qbil unanimu ftehemna li nagħmlu ftit minn kollox u bħalissa għaddejin bil-preparamenti biex fis-26 ta’ Marzu ikollna kollox lest għaż-żjara tagħna. Segwu dan l-ispazzju biex taraw ir-ritratti ta’ meta mmorru hemm. Tislijiet!

20180227_105259-1